Il-karozzin - taxi ta' żmien iz-ziju Kelin |
Għala Il-Keċwiel?
Ommi riedet issemmini Frederick. Il-kunjata taghħa – omm missieri – riedet taf “x’jaħbat dan Frederick?!” Bħala kompromess ommi għażlet l-isem Michael, għax kien hemm ziju b’dan l-isem fuq kull naħa tal-familja.
Michael, iz-ziju t’ommi, kien igħix fl-Istati Uniti. Kien iħobbha lil ommi, u meta tqalet wegħedha li jixtrilha kulma jkollha bżonn għalija – ħwejjeġ, benniena…. Imma ftit xhur qabel twelidt jien miet. Għamel operazzjoni u meta ħituh nesew l-isponża fl-istonku.
Nannti Karmena (omm missieri) kellha tliet aħwa. In-nofsani kien jismu Kelinu. Hekk kienu jsibuh qrabatu u ħbiebu. Iżda, bħalma tistenna f’Malta, kellu laqam.
Kelinu kien sewwieq mas-servizzi, isuq trakk. Imbaghħad intefa’ fin-negozju tat-taksi – dak iż-żmien kien isuq il-karozzin.
Huwa appuntu il-laqam ta' Kelinu - il-Keċwiel - li issa adottajt għal dal-blog.
B’hekk jiena ssemmejt Michael. U xi għoxrin sena wara li twelidt, wara li missier qalli biz-ziju Kelinu, addottajt il-laqam tiegħu – il-Keċwiel.