Is-Sibt, 1 ta’ Mejju 2010

Laqam

Il-karozzin - taxi ta' żmien iz-ziju Kelin
Għala Il-Keċwiel?

Ommi riedet issemmini Frederick. Il-kunjata taghħa – omm missieri – riedet taf “x’jaħbat dan Frederick?!” Bħala kompromess ommi għażlet l-isem Michael, għax kien hemm ziju b’dan l-isem fuq kull naħa tal-familja.

Michael, iz-ziju t’ommi, kien igħix fl-Istati Uniti. Kien iħobbha lil ommi, u meta tqalet wegħedha li jixtrilha kulma jkollha bżonn għalija – ħwejjeġ, benniena…. Imma ftit xhur qabel twelidt jien miet. Għamel      operazzjoni u meta ħituh nesew l-isponża fl-istonku.

Nannti Karmena (omm missieri) kellha tliet aħwa. In-nofsani kien jismu Kelinu. Hekk kienu jsibuh qrabatu u ħbiebu. Iżda, bħalma tistenna f’Malta, kellu laqam.

Kelinu kien sewwieq mas-servizzi, isuq trakk. Imbaghħad intefa’ fin-negozju tat-taksi – dak iż-żmien kien isuq il-karozzin.

Huwa appuntu il-laqam ta' Kelinu - il-Keċwiel - li issa adottajt għal dal-blog.


B’hekk jiena ssemmejt Michael. U xi għoxrin sena wara li twelidt, wara li missier qalli biz-ziju Kelinu, addottajt il-laqam tiegħu – il-Keċwiel.

                                                *
                                                                
F'dawn il-bloggati se nsemmi għadd ta' qraba. Naħseb li jixraq, qabel inkompli. nispjega dawn min huma.

Missieri Ċali (Charles): il-ġenituri tiegħu in-nannu Duminku u n-nanna Karmena. Missieri huwa ż-żgħir minn tliet aħwa: il-kbir Ġorġ u tan-nofs Ġużi (li joqgħod Melbourne, fl-Awstralja.)

Ommi Victoria: il-ġenituri tagħha n-nannu John u n-nanna Lucy. Ommi hija waħda minn għaxart itfal; hija tieni l-ikbar bint, wara z-zija Tessie. Fost l-oħrajn hemm iz-ziju Harold, u z-ziju Daniel, li huwa l-iżgħar fost is-subien.




No comments: